Maghrufa bhala artista illi tispecjalizza fit tema tad-drittijiet umani u li tiffoka fuq il valuri tal hajja, Lida hija artista ta’ talent varjat illi tahdem kemm fil kamp artiskiu tat-tpingija kif ukoll fil kreazjoni ta’ gojellerija artigjana u skulturi dekorattivi. Il-pitturi taghha dwar il-valuri umani gew ippublikati minn enitajiet maghrufa bhalma huma l-UN, l- UNESCO, Amnesty International, il-Vatikan, u bosta organizazzjonijiet umanitarji. Hafna drabi hija tigi mistiedna tippartecipa ghal konferenzi internazzjonali minhabba l-pitturi taghha. Ix-xogholijiet taghha jirreflettu l-‘humanist movement’ tas-seklu wiehed u ghoxrin. Hi filfatt nediet il ‘Humanitarian Art Manifesto’ fit 2004. Dan il-manifest gie iffirmat minn artisti minn aktar minn 35 pajjiz ,illi ilkoll ghandhom ghal qalbhom il-paci dinija. Lida temmen illi kull persuna ghandha l-valur u d dinjita’ taghha u hija tabilhaqq rigal moghti lid-dinja. Dan huwa ta’ spiss rifless fil-pitturi taghha fejn tiffoka fuq it-tema ta’ l-importanza u l-valur ta’ kull persuna.
Ix-xoghol ta’ Lida fil kamp ta’ l-iskultura jiffoka fuq ‘interior decoration’ kif ukoll ‘tablewear’. Fit- 2009 ix-xoghol taghha kien uzat fuq dik il-mejda illi rebhet il –premju franciz ‘Art of Tablewear’. Ix-xoghol taghha ta’ gojellerija artigjanali huwa marbut intimament max-xoghol taghha poetiku u artistiku. Hi tipprova tqabbel dawn il-mezzi ta’ espressjoni sabiex tohrog dak illi thoss f’qablha. Il-poezija hija espressa permezz ta’ pittura, u min naha l-ohra l-pittura issib l-espressjoni taghha permezz tal- gojjell artigjanali.
Dawn iz-zewg aspetti tal-hajja artiskia ta’ Lida; mn naha l- wahda l-arti li tiffoka fuq il-valuri umani u minn l-ohra l-arti illi issib il-milja taghha fil-lavur artigjanali, huma dawk illi l-iktar qeghdin ghal qalb l-artista: l-imhabba ghal proxxmu u min qieghed fil-bzonn u l- kreazzjonijiet li jistghu jispiraw lin-nies.
Lida twieldet fin 1977 fl-iran. Hi ghexet Malta sa’ minn 1991 u mit-2006 tahdem f’Parigi.